Jaqgħalha l-mowbajl minn fuq ajruplan u jibqa’ jaħdem

Mara li marret dawra fuq ajruplan mikxuf iddeskriviet kif waqt li ppruvat tieħu ritratt bil-mowbajl tal-veduta ta’ madwarha, ħadulha r-riħ u waqa’ għoli ta’ madwar 300 metru.

Wara li niżlet mill-ajruplan irnexxiela talloka fejn kien waqa’ permezz ta’ applikazzjoni u sabitu qalb il-ħaxix fi ġnien ta’ dar privata. B’xi mod il-mowbajl ma kellux barxa waħda u xegħel qisu mhux hu!

B’xi miraklu, l-mowbajl baqa’ jaħdem perfettament. Il-mara stqarret li minn din l-esperjenza indunat kemm Alla jaf jiċċajta ħelu!