Jaqblu li l-valuri Kristjani qed jingħataw il-ġenb għall-ekonomija

In-Nunzju Appostoliku għal Malta, Alessandro D’Errico, u l-Ispiker tal-Kamra tar-Rappreżentanti, Anġlu Farrugia qablu bejniethom dwar is-saħħa tal-valuri Kristjani f’Malta, minkejja li dawn il-valuri qed jingħataw il-ġenb għall-figuri ekonomiċi u n-numri.
In-Nunzju kien qed iżur lill-Ispiker, meta tkellmu dwar ir-relazzjoni deksritta bħala “eċċellenti” li Malta għandha mas-Santa Sede.
Tkellmu wkoll dwar l-isfidi tal-minoritajiet Kristjani, il-migrazzjoni u r-rispett lejn id-drittijiet tal-bniedem.
Farrugia qal lin-Nunzju li f’Malta l-ħajja hi rrispettata, sa mill-bidu, jiġifieri mill-konċepiment.