Jaqbeż il-kju u jħallas għal kulħadd

Wara li tkellem f’Austin, Texas, il-President Amerikan Barack Obama waqaf f’ħanut tal-ikel, u talli qabeż il-kju biex jilħaq jiekol qabel ikompli b’impenji oħra, ħallas għal kull minn qabeż.
Huwa talab skuża li kien se jaqbeż il-kju u ħallas għall-ordni ta’ dawk kollha li ħalla jistennew warajh.
Skont sid il-ħanut, Obama ħallas $300 għall-ikel tal-barbikju li xtara hu u ammont sostanzjali għan-nies l-oħrajn.
Obama kien qed idur tlett ibliet Amerikani qabel mar lura Washington.