Filmat: Jaqbeż f’St Peter’s Pool; iweġġa’ x-xewka ta’ dahru

Raġel ta’ 28 sena weġġa’ wara li qabeż fil-baħar f’St Peter’s Pool, limiti ta’ Birżebbuġa.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-2.15pm. Ħelikopter tal-Forzi Armati ta’  Malta, Pulizija u membri tal-Protezzjoni Ċivili marru fuq il-post biex itellgħu lill-Awstraljan. Huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura, wara li nstab li kellu ġrieħi f’rasu u fix-xewka ta’ dahru.