Jaqbeż 2 sulari bi flus kontanti; jispiċċa arrestat

CMRU

Raġel ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi wara li nstab midrub f’bitħa ta’ garaxx ġewwa l-Ħamrun. Kien għall-ħabta tas-1:30am li l-Pulizija rċevew telefonata għall-assistenza. Il-każ seħħ fi stabbiliment fi Triq id-Duka ta’ Edinburgh, fejn ir-raġel jidher li qabeż 2 sulari u baqa’ nieżel fil-bitħa tal-garaxx.

Il-Pulizija tad-Distrett flimkien mal-membri tar-Rapid Intervention Unit marru fuq il-post fejn għall-ewwel ma ġie nnutat xejn suspettabbli iżda nstema’ ħoss ġej min-naħa ta’ wara tal-istabbiliment. Fuq ir-raġel, li hu Rumen, instabu ammont ta’ flus kontanti. Huwa ttieħed l-isptar Mater Dei biex jingħata l-kura.

Ir-raġel qed jinżamm taħt arrest.