Jaqbduhom idaħħlu d-droga l-ħabs

Read in English.

Żewġ persuni pruvaw idaħħlu d-droga l-ħabs. Huma nqabdu l-ġimgħa li għaddiet wara li għaddew mill-body scanner li ġew installati din is-sena fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.

F’każ minnhom il-persuna pruvat iddaħħal żewġt iqratas bid-droga kokaina, filwaqt li fil-każ l-ieħor instab qartas bid-droga sintetika.  Is-sit One News qal li din id-droga kienet se tiddaħħal fil-ħin tal-viżitaturi.

It-tmexxija tal-ħabs spjegat li b’dawn il-każijiet ġiet infurmata l-pulizija sabiex tagħmel l-investigazzjonijiet tagħha dwar dan il-każ.