Jaqbduh b’żewġ skieken f’basket qrib ċelebrazzjoni taħt it-tinda f’Għawdex

Raġel ġie arrestat wara li nqabad b’żewġ skieken fil-basket fir-Rabat Għawdex.
Minn informazzjoni li għandu Newsbook.com.mt jidher li matul il-lejl li għadda, ir-raġel, li hu barrani, kien qiegħed ftit metri ‘l bogħod mit-tinda fi Pjazza Indipendenza (It-Tokk), fejn kienu għaddejjin iċ-ċelebrazzjonijiet tal-aħħar tas-sena.
L-istess sorsi qalu ma’ Newsbook.com.mt li r-raġel kellu wkoll portmoni ta’ tfajla, li aktarx kien misruq.
Ir-raġel, li joqgħod Buġibba, mistenni jitressaq il-Qorti għada filgħodu.