Qabda ta’ eluf ta’ lbiesi tad-ditta u blalen foloz

Pexels

Id-Dwana interċettat erba’ kontejners li kienu qed iġorru eluf ta’ ħwejjeġ u blalen tal-futbol foloz.

Fi stqarrija, id-Dwana spjegat li l-kontejners li uffiċjali mit-Taqsima tal-Propjetà Intelletwali interċettaw matul l-aħħar ġimgħat, kienu jinkludu:

  • 10,344 libsa falza ta’ ditti rinomati
  • 11,280 libsa u ħwejjeġ oħtra ta’ diversi ditti
  • 14,580 ballun tal-futbol, immarkati b’marki ta’ ditti rinomati imma foloz
  • 4,776 ballun tal-futbol foloz.

Id-Dwana qalet li l-kumpaniji tal-marki rreġistrati mistennija jippreżentaw rikors fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili kntra l-kumpaniji li kisru l-liġi.