Jaqbdu 47 miljun sigarett f’sentejn

Permezz ta’ apparat li jiskenja l-kontejners fil-Port Ħieles, id-dwana rnexxielha taqbad 1.72 tunnellata f’narkotiċi, 47.7 miljun sigarett u erba’ karozzi misruqa li kienu se jiddaħħlu Malta illegalment.

Id-dwana spjegat li dan l-apparat ġie installat fil-Port Ħieles f’Jannar 2018. Dan l-apparat ma jiskenjax biss il-kontejners iżda wkoll jirrimarka jekk ikun hemm xi nuqqas ta’ sigurtà inqas minn dak li hu mistenni.

Id-dwana spjegat li permezz ta’ dan l-apparat qed ikomplu jiġġieldu l-kuntrabandu u n-negozju tan-narkotiċi illegali f’Malta.