Jaqbdu 3 karozzi fil-Birgu

Julian Zammit

Tliet karozzi ħadu n-nar fil-Birgu matul il-lejl li għadda.

Kelliema għall-Pulizija kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ f’12.20am fi Triq San Lawrenz.

Fuq il-post issejjħu l-ħaddiema tal-protezzjoni ċivili li tfew in-nirien.

Ħadd ma weġġa’ kawża ta’ dan l-inċident.