Jaqbdu 3 karozzi fil-Belt, il-Ħamrun u l-Imsida

Il-lejl li għadda kien ġew irrappurtati tliet inċidenti separati fejn tqabbdu tliet karozzi, waħda fil-Belt Valletta, oħra fil-Ħamrun u oħra fl-Imsida.

Dan ġie kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt minn kelliem għall-Pulizija li spjega li l-ewwel każ seħħ fis-2.05am fi Triq Marsamxett fil-Belt. Il-Pulizija spjega li kawża ta’ dan l-iċnident inħarqet ukoll vettura oħra fil-viċinanzi.

It-tieni każ seħħ fl-3.40am fi Triq Ċensu Farrugia fl-Imsida fejn ħa n-nar trakk. Ġiet affettwata wkoll faċċata ta’ residenza kawża ta’ dawn in-nirien.

L-aħħar każ irrappurtat il-lejl li għadda seħħ propju fl-4.20am fi Triq Mountbatten fil-Ħamrun.