“Jaqbadni l-bard meta niftakar li ż-żieda fil-pensjonijiet kienet ta’ €7”

Read in English.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li dan hu baġit tas-serħan il-moħħ għax in-nies jafu li dak li ngħatalhom din is-sena jista’ jibqa’ jingħata fis-snin li ġejjin.

Waqt attvità politika mtellgħa fil-każin Laburista ta’ Marsaxlokk, Muscat qal li l-Gvern bena bażi b’mod sostenibbli u kull sena qed jibni għas-snin li ġejjin.

Waqt li elenka diversi miżuri li daħħal il-Gvern fil-baġit, Muscat qal “jaqbdek il-bard meta tiftakar li ż-żieda fil-pensjonijiet kienet ta’ €7, l-ikbar miżura li qatt saret fil-baġit f’40 sena”.

Filwaqt li qal li ma fehemx il-kritika tal-Oppożizzjoni dwar il-miżuri tal-Baġit, sostna li għat-tielet sena konsekuttiva, il-Gvern ma żiedx taxxa waħda.

Għall-kuntrarju, qal li l-Gvern se jinċentiva x-xogħol billi baxxa r-rata ta’ taxxa fuq l-overtime, qed iħajjar aktar nies isiru sidien ta’ darhom bit-tnaqqis tat-taxxa għal first-time buyers u s-sussidju fuq l-ewwel 10 fil-mija għas-self mill-bank kif ukoll biex tejjeb il-kwalità tal-ħajja tal-familja biż-żieda fil-ġurnata leave u €300 għal kull wild.

Huwa qal li l-pass li jmiss hu li joffri futur lill-pajjiż fl-ambjent, billi jelimina l-plastik u l-użu tal-fuel mill-karozzi.