Jaqbad u jibni sular u wara jitlob il-permess

Il-Kummissjoni tal-Ippjanar mhux se tagħti l-permess għal sular żejjed li nbena fuq binja fi Triq ir-Repubblika fil-Belt Valletta, mingħajr ma kien hemm l-ebda permess
Fi stqarrija, l-Awtorità tal-Ippjanar spjegat li skont il-Kummissjoni, is-sular li nbena qiegħed jgħatti l-koppla u l-kampnar tal-knisja ta’ San Franġisk, li tinsab fil-lista tal-bini Grad 1.
Il-Kummissjoni qalet li jekk tagħti l-permess biex dan is-sular jitħalla, se tkun qed tapprova żvilupp li jaffettwa b’mod negattiv il-vista tal-Belt Valletta meqjusa bħala Wirt Dinji mill-Unesco.
Dwar dan is-sular is-sena li għaddiet l-Awtorità tal-Ippjanar kienet diġà ħarġet ordni ta’ infurzaw tant li sid qiegħed iħallas multa kuljum.