Aġġornata: Jaqbad parti minn supermarket f’Ħal Balzan

Jidher li kien hemm nar żgħir fi Smart Supermarket fi Triq in-Naxxar f’Ħal Balzan.

Newsbook.com.mt irċieva rapporti ta’ ambulanzi u karozzi tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili fil-Bypass ta’ Birkirkara. Dan ġie kkonfermat minn kelliema għall-Pulizija. Il-kelliema saħqet li l-Pulizija ġew infurmati għall-ħabta tas-6am, u li n-nar beda minn uffiċċju żgħir. Ma weġġa’ ħadd f’dan l-inċident u n-nirien intfew mill-ewwel.

Rapporti mhux konfermati wkoll sostnew li dak li qabad kienet biss parti minn kamra żgħira fil-parkeġġ tas-supermarket li tintuża bħala maħżen. Ġurnalista ta’ Newsbook.com.mt li kienet fuq il-post iddeskriviet li s-supermarket għaddej bil-ħidma normali tiegħu, iżda li kien hemm nies lebsin maskli sakemm jikinsu, u spjegat li fadal ħjiel ta’ riħa ta’ duħħan.