Jaqbad razzett fir-Rabat

Razzett Rabat nar

Tiben li kien ġo razzett fir-Rabat ħa n-nar matul il-lejl li għadda.

Kelliema għall-Pulizija kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ għall-ħabta tal-11pm fi Triq Ħad-Dingli.

Kawża tan-nirien, ġarrbu xi ħsarat żewġ karozzi li kienu pparkjati fil-viċinanzi. S’issa għadu mhux magħruf jekk in-nar bediex b’kawża naturali jew le.

Ħa tinħatar inkjesta dwar il-każ.