Jaqbad in-nar f’residenza f’Marsaskala

Nirien ħakmu r-residenza ta’ mara Ingliża ta’ 68 sena li toqgħod f’Marsaskala.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma li l-inċident seħħ ftit qabel is-7pm fl-appartament fi Triq Apap Bolgona f’Marsaskala.

Għalkemm ma ddaħlitx l-isptar għax ma kellhix ġrieħi, il-mara ngħatat l-ewwel assistenza medika permezz tal-ambulanza fuq il-post minħabba d-duħħan li belgħet.

Uffiċjali mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kkontrollaw in-nirien.

Mal-ġurnata f’diversi postijiet madwar Malta u Għawdex qabad in-nar. Minn tal-inqas seba’ għelieqi ħadu n-nar matul il-ġurnata tal-lum f’lokalitajiet differenti.