Aġġornata: Gravi wara nar f’appartament f’San Pawl il-Baħar

Raġel qed isofri minn ġrieħi gravi wara li l-appartament f’San Pawl il-Baħar ħa n-nar.
Kelliema għall-Pulizija kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ għall-ħabta tas-1:05pm fi Triq il-Ħarifa, f’San Pawl il-Baħar.
Ir-raġel, Bulgaru ta’ 35 sena sofra xi ħruq f’partijiet minn ġismu.
Sorsi fuq il-post qalu lil Newsbook.com.mt li xi nies ġew evakwati, u li fuq il-post assistew membri tal-Protezzjoni Ċivili u l-Pulizija.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.