Jaqbad ajruplan b’ieħor; jispiċċa 1,500 mil ‘il bogħod

Produttur tal-films imbarka fuq titjira b’oħra u spiċċa 1,500 mil ‘il bogħod mid-destinazzjoni tiegħu. Madanakollu, minflok  irrabja li ħa vjaġġ ta’ 14-il-siegħa għalxejn, huwa qal li għamel ħbieb mal-membri l-ekwipaġġ.

Christopher Pawtaku, produttur tal-films, kien qed jivvjaġġa minn Yellowknife fil-Kanada għall-Inuvik nhar il-Ħadd.

Fuq Tweet, produttur tal-film qal: “B’xi mod irnexxili nimbarka fuq ajruplan b’ieħor, sejjer f’direzzjoni opposta għal dik li ridt inmur fiha jien. Jien spiċċajt eluf ta’ kilometri fil-Lvant ta’ Inuvik.”