​Jaqa’ żewġ sulari; iweġġa’ gravi

Raġel ta’ 27 sena minn Ħal Għaxaq weġġa’ gravi wara li waqa’ minn għoli f’Ħal Qormi.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10.30am f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq il-Wied.
Ir-raġel waqa’ għoli ta’ madwar żewġ sulari waqt li kien qed jagħmel xi xogħol fl-istess sit.
Huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.