Jaqa’ waqt ġirja qalb l-għelieqi f’Għawdex; gravi

Read in English.

Raġel ta’ 72 sena weġġa’ gravi wara li waqa’.

Skont stqarrija mingħand il-Pulizija, huwa kien qed jiġri qalb l-għelieqi fl-akwati ta’ Triq il-Ħamri, Għajnsielem, Għawdex. L-inċident seħħ ilbieraħ, 15 ta’ Diċembru, fis-1.30pm.

Surġent tal-Pulizija li ma kienx xogħol ta l-ewwel għajnuna kif ukoll ċempel għall-assistenza. Tim mediku u ambulanza kienu fuq il-post, u l-vittma ttieħed l- Isptar Ġenerali t’Għawdex. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett.