Raġel ta’ 64 sena waqa’ u weġġa’ gravi waqt li kien fuq tal-linja. Il-Pulizija kkonfermaw li l-każ seħħ għall-ħabta tal-11am fi Triq San Ġorġ f’San Ġiljan.
Ir-raġel ittieħed immedjatament b’ambulanza lejn l-isptar Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi. Il-Pulizija għadha qed tinvestiga dan il-każ.