Jaqa’ u jmut fil-Qala

Raġel ta’ 64 sena miet wara li waqa’ sular hekk kif ċedew il-balavostri tal-gallerija tar-residenza tiegħu. 
L-inċident seħħ fil-5.10pm fi Triq l-Imġarr, il-Qala.
Minkejja li ssejħet ambulanza, ir-raġel ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.