Aġġornata: Żagħżugħa taqa’ u taħbat rasha kif tinżel minn tal-linja

Read in English.

Tfajla Norveġiża ta’ 19-il sena kienet nieżla minn fuq il-karozza tal-linja meta tfixklet, waqgħet, ħabtet rasha, u ntilfet minn sensiha.

Dan l-inċident ġara għall-ħabta tas-1.45pm fix-Xatt tal-Gżira. Issejħet ambulanza fuq il-post biex teħodha l-Isptar Mater Dei, għax kienet qed issofri minn ġrieħi gravi.

Il-Pulizija qed tkompli tinvestiga dan l-inċident.