Jaqa’ travu fuqu; Iweġġa’ gravi

jaqa travu gravi

Raġel ta’ 47 sena minn Wied il-Għajn weġġa’ gravi meta waqa’ travu tal-ħadid fuqu f’fabbrika f’Ħal Far.

Fi stqarrija l-Pulizija qalet li ġiet infurmata bl-inċident għall-ħabta tal-4 pm. L-inċident seħħ fiż-żona industrijali ta’ Ħal Far. Fuq il-post marru membri tal-Protezzjoni Ċivili u ambulanza li ħaditu l-isptar