Filmat: Fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ bit-trakk fil-Ġnejna

Xufier ta’ trakk qed jissielet għal ħajtu wara tilef il-kontroll b’kawża li spiċċa waqa’ f’xi għelieqi fil-Ġnejna. L-inċident wassal għal ħidma estensiva minn membri tal-emerġenza sabiex joħorġu lix-xufier li nqabad fit-trakk kawża tal-inċident.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ għall-ħabta tad-9am fi Triq il-Ġnejna. It-trakk kien qed jiġi misjuqa minn raġel ta’ 24 mill-Albanija, residenti Ħaż-Żabbar. Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.

Fuq il-post issejħu l-ħaddiema mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, ambulanza u wkoll il-pulizija. Preżenti hemm 9 membri tal-emerġenza, zewġ magni tat-tifi tan-nar, u vettura tal-emerġenza.

Filmat: Christoph Schwaiger