Aġġornata (1): Fil-periklu tal-mewt; waqa’ 3 sulari f’San Pawl il-Baħar

Google Maps

Read in English.

Raġel jinsab fil-periklu ta’ mewt wara li waqa’ għoli ta’ tliet sulari f’San Pawl il-Baħar. Ir-raġel waqa’ madwar tliet sulari għoli minn gallarija ta’ residenza wara li ssakkar barra r-residenza tiegħu. Huwa għandu 43 sena u minn San Pawl il-Baħar.

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-10.15am fi Triq San Ġorġ.

Jidher li għal xi raġuni r-raġel issakkar barra, tela’ fuq il-bejt, mar fil-gallarija ta’ maġenbu u minnha prova jaqbeż għall-gallarija tal-propjetà tiegħu. Id-dar tinsab fi Triq San Ġorġ, f’San Pawl il-Baħar.

Kelliem għall-Pulizija qal li r-raġel ittieħed lejn l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.

Il-Maġistrat Marseann Farrugia qed tmexxi l-inkjesta u ħatret diversi esperti biex jassistuha.

Il-Pulizija qed tinvestiga l-każ.