Jaqa’ tliet sulari wara li ċċedi fallakka

Raġel mis-Serbja jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ għoli ta’ tliet sulari meta ċediet fallakka li kien qed jaħdem minn fuqha.
L-inċident seħħ għall-ħabta ta' nofsinhar fi Triq Tumas Galea, Birkirkara.
Hu mifhum li żewġt irġiel kienu qed jiksu l-ħajt tas-sular ta’ fuq ta’ blokka t’appartamenti, meta inqata’ l-ħabel li kien qed iżomm il-fallakka. 
Jidher li l-ħaddiem l-ieħor irnexxielu jeħlisha ħafif wara li ddendel għal isfel mal-ħabel.
Ir-raġel li waqa' għal isfel ittieħed l-isptar għall-kura filwaqt li r-raġel l-ieħor irrifjuta li jingħata l-għajnuna. 

Ritratt: Stefan Pullicino