Jaqa’ sular waqt li kien qed jaħdem fil-Marsa

Raġel li kien qed jaħdem f’fabbrika fil-Marsa spiċċa waqa’ sular.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ Newsbook.com.mt li l-każ seħħ ġo fabbrika fi Triq il-Gvern Lokali fl-4.15pm. Ir-raġel kien qed jaħdem fuq hut f’fabbrika. L-identità tiegħu għadha mhix magħrufa madanakollu s’issa ġie kkonfermat li r-raġel huwa Ġermaniż.

Fuq il-post issejħet ambulanza kif ukoll il-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili. Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhux magħrufa.