Jaqa’ sular u nofs waqt li kien qed jaħdem

Raġel ta’ 45 sena jinsab bi ġrieħi gravi wara li waqa’ madwar sular u nofs f’Bubaqra.
Il-Pulizija qalet li kien għall-ħabta ta' lbieraħ fl-4.30pm, xħin l-Awtorita tas-Saħħa infurmathom li r-raġel, li joqgħod iż-Żurrieq, jinsab ferut f’sit ta’ kostruzzjoni f’Misraħ Santa Marija.
Huwa ttieħed immedjatament Mater Dei, fejn ġie ċċertifikat li qed isofri l-ġrieħi msemmija.
Ritratt: Arkivji