Jaqa’ sular u nofs u jispiċċa gravi

Żvediż ta’ 22 sena sofra ġrieħi gravi meta waqa’ minn għoli ta’ madwar sular u nofs. Il-Pulizija qalet li l-inċident seħħ fi Triq Elija Zammit f’San Ġiljan ftit wara nofsillejl tal-lbieraħ.
Fuq il-post issejħu membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kif ukoll ambulanza li ħadet liż-żagħżugħ l-Isptar Mater Dei.