Read in English.
Raġel spiċċa fil-periklu tal-mewt meta waqa’ minn għoli ta’ madwar sular u nofs f’sit tal-kostruzzjoni fil-Fgura.
Fi stqarrija l-Pulizija qalet li l-inċident seħħ fi Triq il-Karmnu għat-2.55pm. Jidher li l-ħaddiem mis-Sirja weġġa’ meta għal xi raġuni waqa’.
Ir-raġel ittieħed l-isptar Mater Dei.