Jaqa’ sular u nofs f’fabbrika fil-Mosta

Stock Image

Raġel weġġa’ gravi wara li waqa’ sular u nofs waqt li kien qed jaħdem fil-Mosta.

Kelliema għall-Pulizija kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ fid-9.20am.

Ir-raġel ta’ 29 sena mill-Imtarfa kien qed jagħmel xi xogħol fuq bejt ta’ fabbrika fi Triq id-Durumblat.