Iweġġa’ gravi wara li waqa’ sular u nofs fix-Xagħra

Raġel ta' 37 sena mix-Xagħra ttieħed l-isptar Ġenerali ta’ Għawdex wara li waqa’ sular u nofs meta kien qed jagħmel xi xogħol ta' kostruzzjoni fix-Xagħra stess.
L-inċident ġara ftit qabel is-sagħtejn ta' wara nofsinhar fi Triq Marsalforn. 
Ir-raġel ngħata l-għajnuna mill-membri tal-protezzjoni ċivili u tim mediku fuq il-post, u ttieħed l-Isptar b'ambulanza.
Aktar tard hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi fost l-oħrajn ksur f'dahru u fil-kustilji. 
Ritratt: Media Police