Jaqa’ sular taraġ Tas-Sliema; jittieħed l-isptar

Ritratti: Alexander Hili

Raġel intilef minn sensih wara li waqa’ sular taraġ fi Triq it-Torri f’Tas-Sliema, fiż-żona magħrufa bħala tal-Gabbana. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-6.15pm.

Dan ġie kkonfermat minn kelliem tal-Pulizija ma’ Newsbook.com.mt. Hu ddeskriva kif ġiet msejħa ambulanza hekk kif in-nies tal-madwar raw li ntilef minn sensih. Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei, u l-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.

Ritratti: Alexander Hili