Jaqa’ sular minn fuq pont fil-Buskett; iweġġa’ gravi

CMRU

Read in English.

Żagħżugħ li waqa’ madwar sular minn fuq pont fil-Buskett weġġa’ gravi.

Il-Pulizija ġiet infurmata bil-każ għall-ħabta tal-10pm ilbieraħ. Il-każ seħħ fid-9.30pm. Iż-żagħżugħ ta’ 16-il sena, residenti n-Naxxar, iddaħħal l-isptar wara li waqa’.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.