Jaqa’ sular; iweġġa’ gravi

Raġel ta’ 55 sena residenti l-Imtarfa weġġa’ gravi f’sit ta’ kostruzzjoni fl-Imtarfa stess.

Il-każ seħħ ftit wara s-7pm fi Triq ta’ Slampa, meta r-raġel waqa’ madwar sular.

Huwa ngħata l-ewwel għajnuna fuq il-post u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.