Jaqa’ sular; isofri minn ġrieħi gravi

jaqa travu gravi

Raġel ta’ 38 sena, li hu residenti f’San Pawl il-Baħar, indarab gravi wara li waqa’ għoli ta’ madwar sular, hu u jagħmel xogħlijiet ta’ kostruzzjoni.

Il-każ seħħ fil-11.20am fi Triq l-Imħar f’San Pawl il-Baħar, fejn issejħet ambulanza fuq il-post li ħadet lill-vittma Serb l-Isptar Mater Dei. Huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.