Jaqa’ sular il-Belt Valletta; jindarab gravi

Raġel indarab gravi wara li waqa’ sular għoli hu u jagħmel xi xogħol fil-Belt Valletta.

Dan ġara dalgħodu fid-9.30am f’każin fi Triq ir-Repubblika, fejn hu kien qed jaħdem fuq scaffolding ġol-każin stess.

Ir-raġel ta’ 52 sena residenti l-Belt Valletta ttieħed l-isptar b’ambulanza, fejn iżjed tard irriżulta li qed isofri minn ġrieħi gravi.