Jaqa’ sular għoli waqt li kien xogħol

Raġel waqa’ għoli ta’ madwar sular f’Raħal Ġdid.
Kelliem għall-Pulizija kkonferma dan ma’ Newsbook.com.mt, meta qal li l-inċident seħħ għall-ħabta tas-1:15pm fi Triq id-Dgħajjes, xħin ir-raġel, li għad m’hemmx aktar informazzjoni dwaru, kien qed jaħdem f’sit ta’ kostruzzjoni.
Fuq il-post marru ambulanza, li ħadet lir-raġel l-isptar, il-Pulizija tad-distrett u membri tal-Protezzjoni Ċivili.
Aktar dettalji mal-ħin.