Aġġornata: Gravi r-raġel li waqa’ sular fis-Swieqi

Raġel ta’ 50 sena qed isofri ġrieħi gravi wara li waqa’ madwar sular għoli fis-Swieqi.
Kelliema għall-Pulizija kkonfermat li l-inċident seħħ għall-ħabta tan-12.30pm fi Triq V. Menville, meta t-Taljan kien qed jagħmel xi xogħlijiet f’residenza.
Huwa ttieħed immedjatament Mater Dei, fejn ġie ċċertifikat li qed isofri l-ġrieħi msemmsija.