Jaqa’ sular fuq xogħol; iweġġa’ gravi

Read in English.

Raġel ta’ 69 sena sofra ġrieħi gravi wara li waqa’ madwar sular ġewwa residenza.

Ir-raġel, residenti Santa Luċija, waqa’ sular fi Triq l-Istefanotis f’Santa Luċija. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11.30am. Huwa kien qed jagħmel xi xogħol fir-residenza.

Il-vittma kien assistit mionn tim mediku fuq il-post, u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.