Aġġornata: Iweġġa’ gravi wara li waqa’ sular

Raġel weġġa’ gravi wara li waqa’ sular waqt li kien qed jagħmel xogħol ta’ manutenzjoni f’San Pawl il-Baħar.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ għall-ħabta tal-10.30am fi Triq Dawret il-Gżejjer.

Ir-raġel ta’ 74 sena minn San Pawl il-Baħar waqa’ sular minn fuq scafolding waqt li kien qiegħed jaħdem. Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.