Jaqa’ sular fl-Imsida; iweġġa’ gravi

Żagħżugħ weġġa’ gravi wara li waqa’ sular minn fuq ċint fl-Imsida.

Fi stqarrija l-Pulizija spjegat li l-inċident seħħ fit-2.45am fi Triq Mikiel Anton Vassalli. Iż-żagħżugħ li għandu 22 sena mir-Repubblika Ċeka’ waqa’ għoli ta’ madwar sular. Hu kien qiegħed fuq ċint fi Triq Victor Denaro meta waqa’ għal fuq ċinta li tagħti għal fuq Triq Mikien Anton Vassalli.

Fuq il-post issejħu l-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kif ukoll ambulanza.