Aġġornata: Jaqa’ sular fiż-Żurrieq; iweġġa’ gravi

CMRU

Raġel weġġa’ gravi meta waqa’ sular f’sit tal-kostruzzjoni fi Triq it-Torri fiż-Żurrieq.

Kelliema għall-Pulizija qalet ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ għall-ħabta tat-8.30 am. Ir-raġel li għandu 53 sena huwa Taljan li jgħix Wied il-Għajn. Hu waqa’ meta kien qed iħott xi affarijiet minn fuq vann. Fuq il-post issejħu membri tal-Protezzjoni Ċivili u ambulanza li ħadet lir-raġel l-isptar.