Aġġornata: Jaqa’ 2 sulari f’San Ġwann; iweġġa’ gravi

Ambulance

Raġel li kien qed jaħdem f’sit ta’ kostruzzjoni f’San Ġwann weġġa' gravi wara li waqa’ għoli ta' madwar żewġ sulari.
Kelliema għall-Pulizija qalet ma’ Newsbook.com.mt li dan ġara fit-7:50am fi Sqaq Tomna.
Ir-raġel mill-Liberja u li għandu 45 sena, ttieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza.