Jaqa’ sular f’fabbrika; iweġġa’ gravi

ambulance

Raġel weġġa’ gravi meta waqa’ sular f’fabbrika f’Raħal Ġdid.
Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li ġiet infurmata bl-inċident fi Vjal Sir Paul Boffa għall-ħabta tas-1:45pm.
Ir-raġel ta' 55 sena residenti Birżebbuġa kien qed jaħdem fil-fabbrika u għal xi raġuni waqa'. 
Ittieħed l-isptar b'ambulanza.