Raġel fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ s-saqaf

Karozza tinqaleb ajruport Arma ambulanza
Arkivji

Raġel ta’ 30 sena jinsab fil-periklu tal-mewt, filwaqt li raġel ieħor ta’ 47 sena ndarab ħafif, wara li waqa’ s-saqaf tar-residenza tagħhom f’Ħal Luqa.

Kelliem għall-Pulizija qal ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ għall-ħabta tal-10.20am f’residenza ta’ żewġ Taljani.

Fi stqarrija mibgħuta aktar tard ġie spjegat li s-sit fejn waqa’ s-saqasf kienu se jibdew isiru xi xogħlijiet fih. L-irġiel inħarġu minn qalb it-tifrik mill-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċvili. Dwar il-każ infetħet inkjesta