Jaqa’ saqaf fuqu f’Birkirkara

Raġel weġġa’ ħafif wara li waqa’ saqaf fuqu f’Birkirkara.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-2:30pm fi Triq Bwieraq, meta r-raġel kien qed jaħdem fuq il-post.
Fuq il-post issejħet ambulanza kif ukoll id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.