Ritratti: Jaqa’ s-saqaf tan-niċċa tal-istatwa tal-Madonna f’Bormla

Saret ħsara konsiderevoli fuq il-bradella tal-istatwa tal-Madonna tal-Parroċċa ta’ Bormla, wara li waqa’ parti mis-saqaf tan-niċċa.
Dan ikkonfermah ma' Newsbook.com.mt id-Dekan tal-Kapitlu tal-parroċċa, Kan. Jesmond Manicaro.
Qal li dalgħodu kienu se joħorġu l-istatwa għax kienet se tittieħed għar-restawr, meta rrealizzaw bil-ħsara fuq il-bradella.
Jidher li l-konkos faqqa’ possibilment kawża tal-umdità, u waqa’ għal fuq il-bradella.
Kan. Jesmond qal li l-istatwa tal-Madonna ma ntmessitx, iżda issa anki l-bradella se jkollha tiġi rrestawrata mill-ħsara, li qal li mhix żgħira. Dan apparti spejjeż oħra biex jitranġa l-ħajt.
Aktar kmieni, l-Arċisqof żar il-Knisja Parrokkjali ta' Bormla biex jara l-ħsara li saret, u qatta' ftit ħin jitlob quddiem l-istatwa tal-Madonna tal-Kunċizzjoni. 
Ritratti: Fr Emmanuel Schembri