Aġġornata: Żagħżugħ jaqa’ 3 sulari fi spiera f’Kemmuna

Żagħżugħ barrani weġġa' ħafif wara li waqa’ madwar tliet sulari fi spiera f’Kemmuna.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-1pm.
Fuq il-post marru membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, li bl-għajnuna ta’ membri tal-Forzi Armati ta’ Malta, tellgħu liż-żagħżugħ.
Iż-żagħżugħ huwa Franċiż u għandu madwar 20 sena.
Huwa ttieħed l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.